Tuesday, May 29, 2007
Kuncert - transmess dirett fl-Amerika
Il-bierah filghaxija ergajt kont il-Manoel ghal kuncert b'differenza kbira. Il-kuncert li kien qed isir Malta kien trasmess dirett f'Washington, D.C. , l-Amerika fejn kien segwit minn mijiet ta' persuni li ngabru apposta ghal din l-okkazjoni. Il-kuncert kien jismu 'Opera Across the Atlantic'. Itella' minn the Richard Tucker Music Foundation u fih hadu sehem uhud mill-aqwa kantanti ta' l-opra mit-Teatru Metropolitan ta' l-Istati Uniti. Kantaw siltiet minn opri u muzika ohra klassika. Il-gbir kollu mid-dhul tal-biljetti mar ghall-Community Chest Fund. Attenda wkoll il-President, Eddie Fenech Adami. Hadt pjacir hafna, specjalment ghax kienet l-Orkestra taghna, l-Orkestra Nazzjonali, li akkumpanjat il-kantanti li gew minn barra. Waqt l-intermission hafna staqsewi jekk din l-Orkestra gietx minn barra bhall-kantanti! Le, stajt inwiegeb bi tbissima b'sodisfazzjon, dik l-Orkestra taghna!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment