Tuesday, June 5, 2007
Arti kontemporanja
Il-lejla kelli nattendi ghal zewg attivitajiet differenti li t-tnejn juru kemm l-arti kontemporanja f'pajjizna hija hajja u ghaddejja minn zmien interessanti. Ghal habta tas-7 ta' filghaxija inawgurajt wirja ta' 152 ritratt, maqsuma indaqs bejn ritratti monochrome u ritratti tal-kulur fit-42 Wirja ta' l-Arti Fotografika organizzata mis-Socjeta' Maltija tal-Fotografija. Il-wirja qed titella' fl-Istitut Kulturali Taljan fil-Main Guard il-Belt. Hemm ritratti tassew mill-aqwa. Aktar tard, fit-8.45 p.m. inawgurajt il-Johanne Casabene Dance Conservatoire - akkademja tad-danza f'Tigne' li toffri tahrig fiz-zfin fuq bazi professjonali. Nammira hafna t-talent kbir zaghzugh li ghandna f'Malta u ma tistax ma tiehux pjacir tara kemm hawn aktar persuni qed jiehdu dan kollu bl-akbar serjeta'.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment