Thursday, June 28, 2007
Bajja ta' San Gorg - se tkun akbar
Kien ta' sodisfazzjon kbir ghalija meta kont inawgurajt il-Bajja ta' San Gorg. Diga gawdewha eluf ta' nies is-sajf li ghadda u anki dak ta' qabel. Dan is-success jaghtini kuragg kbir. Issa iddecidejt li wasal iz-zmien li din il-Bajja nkabbruha aktar. Fil-hmistax li gejjin, ikollna naghlquha ghal xi jumejn - izda bi skop tajjeb: se nqieghdu aktar ramel u nkabbruha b'madwar hames metri. Ir-ramel jasal il-gimgha d-diehla. Spiza ohra ta' Lm 80,000, imma meta se naraw hafna aktar nies juzaw dil-bajja, se naqblu li din spiza li hi tassew 'worth it'.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
0 comments:
Post a Comment