Sunday, June 10, 2007

Talent Malti

Nhar il-Gimgha filghaxija attendejt il-kuncert tat-tenur maghruf mad-dinja kollha, Jose' Carreras. Il-kuncert sar fil-pjazza Main Guard quddiem il-Palazz, il-Belt. Biss l-akbar sodisfazzjon li hassejt kien kemm hrigna ta' nies bhala Maltin. Kemm is-soprano Lydia Caruana kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali taghna mhux biss harguna ta' nies imma wrew kemm ghandna ghalfejn inkunu kburin bit-talent Malti. Prosit minn qalbi.

No comments: