Thursday, July 5, 2007
Jirritorna Cruise Liner f'Malta
Flimkien mal-habib tieghi Censu Galea, illum kont fuq il-Cruise Liner TSS Sky Wonder - ghal biss siegha (!) - imma kienet okkazjoni importanti ghax fiha kont qed ninawgura ir-ritorn ta' dan il-cruise liner biex jieqaf bil-cruises tieghu minn Malta u anki biex itella' nies minn hawnhekk. Ghal xi tliet snin, dan il-cruise liner li huwa l-aqwa vapur tal-Pullmantur Cruises kien waqaf jopera minn Malta u kien ghazel li jahdem minn Tunez minflok. Issa irritorna Malta - din is-sena biss se jgib madwar 25,000 vizitatur - u s-sena d-diehla? Pullmantur Cruises jirritornaw b'vapur akbar u jibdew is-servizz seba' gimghat qabel. Sodisfatt li dan huwa qasam importanti tat-turizmu li qed jikber hafna.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
Prosit...nemmen li t-turizmu f'Malta qieghed fit-triq it-tajba!
Post a Comment