Il-bierah filghaxija bdejt billi nattendi riceviment fir-residenza ta' l-Ambaxxatrici Amerikana, fl-okkazjoni ta' Independence Day. Iltqajt ma' skoss nies li naf - u kellna x'nghidu lil xulxin!
Wara mort H'Attard - hames minuti boghod - fejn kienet qed tkun organizzata bhal 'Notte Bianca' lokali - impressjonanti kemm gew nies, x'talent kien hemm, u kemm hemm storja x'tiskopri fuq din il-belt. Charlo' Bonnici dawwarni u verament hadt pjacir. Prosit lil kull min hadem.
Fl-ahharnett mort sa' l-area tal-Fra Ben, il-Qawra. Il-lejla kien hemm 'Heart of Gold' b'risq ir-Razzett tal-Hbiberija. Kienet l-ewwel serata minn tlieta bit-tema generali 'Climate Change Malta'. Illejla ikun hemm kuncert iehor bil-partecipazzjoni ta' Marco Masini. Nixtieq nattendi imma l-lejla hemm ukoll il-kuncert ta' Joseph Calleja l-Imdina. Xi kultant difficli tlahhaq ma' kollox!
Tal-lejl li ghadda kienet serata ohra mimlija sew!
Fl-ahhar qabel mort id-dar ghaddejt sal-McDonald's, San Giljan, ghax kelli aptit take-away, u ilni ma niekol 'Quarter Pounder' minn hemm! Nizilli ghasel!
Saturday, July 7, 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
0 comments:
Post a Comment