Friday, July 27, 2007

Tal-Genn!

Ilni ma nqieghed xi blog gdida, imma l-lejla ma nistax norqod qabel ma nghidilkom kemm se nibqa' niftakar ghal dejjem l-avveniment: Isle of MTV - Malta Special. Ma tliftx mument wiehed - ibda mit-talent Malti: Ira Losco, Winter Moods u d-deejays ta' G7 - ghamluna tassew kburin. Umbaghad kellna tlieta mill-aktar artisti popolari bhalissa madwar id-dinja: Enrique Iglesias, Maroon 5, u Akon. Tawna spettaklu tal-genn. Malta ghogbithom u jixtiequ jergghu jigu. Tridu tisimghu mhux biss x'qalu fuq il-palk imma anki wara. Is-serata kollha tatni sodisfazzjon enormi - grazzi lil kull min ta sehmu. Grazzi lill-poplu kollu, specjalment liz-zghazagh, li gew tassew bi hgarhom. Fuq il-Fosos kien hemm madwar 40,000 persuna. Tatuni kuragg kbir. Naghmlu aktar attivitajiet bhal tal-lejla! L-ghada kelli laqgha ma' l-oghla ufficjali tal-MTV. Malta ghogbithom tassew - diga bdejna niddiskutu attivitajiet ohra flimkien ghall-futur. Dejjem hekk emmit - trid tibqa' thares 'il quddiem mhux biss lejn dak li jkun gara, anki b'success liema bhalu.

No comments: