Monday, August 27, 2007

Break f' Comino


It-tradizzjoni hi - l-ghada tal-festa tmur ghax-xalata. Dak li ilni naghmel dawn l-ahhar snin, hu li l-ghada tal-festa ta' San Giljan nqatta' erbat ijiem Comino. Hekk ghamilt illum ukoll. Waqt li qieghed hawn, bi hsiebni naqra l-ktieb 'The Street Lawyer' ta' John Grisham - ghax trid toghma daqsxejn differenti mis-suggetti tas-soltu waqt erbat ijiem ta' mistrieh! Izda xi drawwiet ohra tas-soltu jibqghu hemm ukoll - hekk kuljum niccekkja l-e-mail - anzi niccekkja diversi drabi kuljum, nircievi almenu telefonati urgenti, u nzomm kuntatt ma' l-ufficju. Ghada filghaxija se nirritorna Malta ghal ftit sieghat biex niltaqa' mal-Maestro Muti li jibda l-hidma tieghu f'pajjizna sabiex inwaqqfu l-Akkademja tal-Muzika tal-Mediterran! Imma li tvarja imqar bi ftit, xorta jservi ta' gid!

No comments: