
Bhalissa fl-Ingilterra qed jidhru l-episodji ta' 'Coronation Street' li ingibdu gewwa Ghawdex fuq inizjattiva tal-M.T.A. Fir-ritratt nidher flimkien mad-Direttur ta' din is-sensiela meta mort insegwi ftit mill-iffilmjar gewwa Ghawdex. Li hemm interessanti f'dawn l-episodji huwa li mhux biss jidhru Malta u Ghawdex imma l-istess storja / 'script' ta' 'Coronation Street' jirreferu ghall-karattri ewlenin li qeghdin fuq vakanza f'pajjizna. Din is-sensiela fl-Ingilterra jarawha madwar 12-il miljun persuni. Qed ikun hemm hafna Inglizi li qed jibbukkjaw vakanza f'pajjizna meta jaraw dawn l-episodji u laqatni wkoll il-fatt li kien hemm min anki wasal biex xtara propjeta' f'Malta wara li ra 'Coronation Street'.
No comments:
Post a Comment