Monday, August 13, 2007

Ftit hin mal-mama'

Il-bierah qattajt hafna mill-gurnata ghand Ingrid, habiba tal-familja, flimkien mal-mama' u ma' hija John. Ftit sieghat ghal darba mistrieh nizluli ghasel. Il-mama' fis-17 ta' Lulju ghalqet 94 sena u l-bierah stajt nqatta' ftit tal-hin maghha. Hadna gost hafna - l-ikel bhall-kumpanija kien mill-aqwa. Kollox mexa sew u l-aktar importanti, jidher li l-mama' tasew hadet gost hi wkoll. Filghaxija kelli impenji ohra, inkluz li mort sas-sit tat-Teatru Rjal biex insegwi 'Etnikafe'' li din is-sena inzamm bhala parti mit-Arts' Festival. Serata divertenti li ghalqet bid-daqqa tal-banda - fis-sens tajjeb, imma l-aktar li jibqghu joghgbuni kienu s-serati li Etnika kienu jtellghu fil-bidu taghhhom.

No comments: