Monday, August 27, 2007

Il-marc ta' San Giljan



Fid-Distretti tieghi nhobb insgwi l-festi b'mod dirett. Wiehed mill-aktar marci brijuzzi bla dubu huwa dak ta' San Giljan. Ghalhekk bhal ma ilni naghmel minn mindu kont tifel zghir, il-bierah filghodu attendejt dal-marc li jilhaq l-aqwa tieghu meta jasal fejn il-Kazin tal-Banda. Nemmen li dan ir-ritratt li hadt il-bierah jaghti idea zghira mhux biss tal-briju li jkun hemm imma anki tas-sbuhija ta' San Giljan bhala post turistiku. Filghaxija umbaghad mort sal-festa li naturalment tkun aktar solenni!

1 comment:

Anonymous said...

...u din id-darba il-festa kienet aktar solenni bir-rebha tal-league min-naha tat-tim Giljaniz tan-Neptunes!