Wednesday, August 22, 2007

Kuncert minn Baglioni, Cocciante u Morandi



Illum wara nofsinhar qattajt ftit tal-hin Dar il-Mediterran. Mieghi kien hemm ukoll il-Vici-Prim Ministru Tonio Borg u martu Adele. Hemmhekk kienu qed isiru preparamenti inizjali ghall-kuncert li se jkollna nhar is-Sibt li gej bil-partecipazzjoni tal-kantanti popolari Taljani Claudio Baglioni, Riccardo Cocciante, u Gianni Morandi. Se jkun hemm ukoll bhala talent Malti: Ivan Filetti, Winter Moods u Ira Losco. Dan il-kuncert li qed jitella bl-ghajnuna tal-Gvern Malti u dak Taljan bhala messagg ta' solidarjeta' fuq l-immigrazzjoni irregolari. Malta ma tistax tagixxi wahedha! Kienet esperjenza mill-isbah nerga' niltaqa' ma' Claudio Baglioni li mhux huwa kantant mill-aqwa, imma ghandu wkoll karattru mill-isbah u jhoss li ghandu missjoni x'iservi bil-muzika tieghu u bil-kuncerti li jorganizza. Ta' l-ahhar: il-kuncert tas-Sibt li gej jibda fit-8.30 p.m., jinzamm fil-Valletta Waterfront, u d-dhul huwa b'xejn ghal kulhadd.

2 comments:

Unknown said...

Thanks for making this event possible...it is a dream come true for my wife and myself...keep up the good work, and also the blog !

doremifasol said...

...Un forte saluto dall'Italia e dal Circuito Internazionale dei Siti dedicati a Claudio Baglioni...
Seguiremo tutte le vicissitudini di Claudio a Malta...

Vitatate i nostri siti http://www.doremifasol.org/