Tuesday, August 14, 2007

'Scuttling' tal-Patrol Boat P29



It-turizmu jiddependi minn hafna fatturi. Importanti li jkollna l-attrazzjonijiet mehtiega. Ighiduli li settur li qed jikber hafna huwa t-turizmu marbut ma' l-isports, b'mod partikolari mad-diving. Illum il-Minsteru ghat-Turizmu u Kultura flimkien ma' l-Awtorita' tat-Turizmu hadu hsieb flimkien li naghmlu 'scuttling' tal-Patrol Boat tal-Forzi Armati: il-P29 barra ic-Cirkewwa. Kien ta' sodisfazzjon kbir nara kif id-'divers' (l-ghaddasa) diga qed iqisu dan il-pass bhala wiehed li ghandu jghin lit-turizmu.

No comments: