
Sens ta' sodisfazzjon kbir. Wara l-kuncert tal-bierah filghaxija, organizzajna ikla bejn l-organizzaturi u l-partecipanti principali. Fir-ritratt nidher mal-kollega Tonio Borg, Gianni Morandi, Riccardo Cocciante u Ira Losco. Kienu prezenti ukoll Claudio Baglioni, u l-kantanti l-ohra Maltin, Ivan Filetti u Ivan Grech (Winter Moods). Maghna ukoll il-prezentaturi Fabrizio Frizzi u Louise Tedesco. Flimkien ma' NnG Promotions, ma stajnix ma nkunux kuntenti hafna. L-udjenza li attendiet mhux biss kienet kbira - madwar 20,000 imma l-aktar importanti: kulhadd ippartecipa u ha gost. Irridu nkomplu naghmlu aktar minn dan kollu. Malta issa qieghdha tassew fuq il-mappa ta' l-akbar avvenimenti. Grazzi mill-qalb lil kulhadd, izda grazzi specjali lit-talent Malti. Ergajtu ghamiltuna kburin tassew.
No comments:
Post a Comment