Friday, August 17, 2007

Zjara f'diversi lukandi



Dak l-ghagin jidher tassew tajjeb! Waqt zjara f'diversi lukandi li ghamilt illum, ridt nghid GRAZZI specjali lill-haddiema kollha li jahdmu fil-qasam tat-turizmu. Il-fatt li din hi l-ahjar sena fl-ahhar sitt snin u li l-lukandi kollha mimlija daqs bajda, ifisser aktar xoghol ghall-haddiema f'dan is-settur. Meta staqsejt lil dan il-kok, kemm iservi nies b'dak l-ammont ta' ghagin li kien qed ihawwar, qalli madwar 500! Zort lukandi f'Malta, u anki f'Ghawdex. Meta kont ic-Cirkewwa biex naqsam ghal Ghawdex kien hemm zewg studenti qed iqassmu r-'Red Bull' - missni wiehed ukoll. Meta tqis li ghamilt aktar minn seba' sieghat inzur lukandi differenti biex insegwi direttament is-sucess li qed ikollna fit-turizmu, nahseb kelli bzonn dak id-'drink'! Grazzi u prosit mill-gdid lil kull min jahdem fit-turizmu. Issa nzommu saqajna ma' l-art u nahdmu ghax-xitwa.

No comments: