Friday, October 12, 2007

Kumpanija biex iggib konferenzi lejn Malta

Il-bierah filghodu sifirt ghal Londra sabiex filghaxija ninawgura kumpanija gdida li bi hsiebha tibda iggib lejn Malta konferenzi ta' importanza. Wasalt tliet sieghat wara l-hin ippjanat ghax l-ajruplan dam ma telaq minn Malta minhabba cpar fuq Londra, izda xorta wahda kont fil-hin ghall-okkazjon. Din il-kumpanija (dik li inawgurajt il-bierah filghaxija) jisimha All Events by Fraser Eagle. Hi kumpanija li, minn anqas minn sentejn ilu, bdiet tahdem f'Malta fil-qasam tat-trasport. Kien inawgura l-ufficji taghha f'Lancashire il-Prim Ministru ftit xhur ilu. Issa tant sejra tajjeb Malta li riedet tibda tintroduci nies ohra lejn pajjizna. Ghalhekk l-okkazjoni tal-bierah filghaxija li saret fil-Hilton Metropole ta' Londra. Il-kumpanija harget ktejjeb fuq Malta li tassew johrog il-gmiel ta' Malta. Ipproducew ukoll DVD mill-aktar impressjonanti fuq pajjizna. Kien hemm ukoll ikel u zfin Malti. Okkazjoni ohra fejn thossok kburi li tkun Malti. Dalghodu stess nerga nirritorna Malta... anki biex inkun fil-hin halli illejla nattendi 'Birgu by Candlelight'.

No comments: