Monday, October 8, 2007

Twegiba tieghi - Notte Bianca

Ircevejt kumment minghand Jonathan li apparti li ta prosit lili u lit-team organizattiv kollu rigward 'Notte Bianca' talabni naghti ftit dettalji kif avveniment bhal dan seta' jitella'. Difficli naghti d-dettalji kollha imma nghid l-aktar essenzjali: L-ewwelnett trid tinvesti l-flus mehtiega. Avveniment bhal dan jiswa' madwar Lm 80,000 izda nemmen li dan hu investiment li jaghmel gid kbir lill-pajjiz. Ghandna team organizzattiv imexxi b'energija u entuzjazmu minn Mary Anne Cauchi. Hekk kif organizzajna l-ewwel 'Notte Bianca' sena ilu, bdejna nahsbu mill-ewwel ghall-edizzjoni ta' din is-sena. L-ewwel pass kien li nistaqsu lill-pubbliku stess jaghti l-kummenti tieghu u hadna kemm stajna mis-suggerimenti li ircevejna. Aktar tard umbaghad issir sejha ghal min irid jew jiehu sehem jew joffri xi servizz partikolari. Darba jkollna din l-informazzjoni, nibdew il-process li nqassmu l-attivitajiet li naghzlu ghal areas differenti fil-Belt. Ikun hemm ukoll bzonn ta' servizzi teknici, bhal dwal, sound, palkijiet, tizjin, ecc. Dawn ukoll jintghazlu. Apparti dan kollu trid tikkordina ma' l-entitajiet kollha li huma krucjali biex serata bhal din tirnexxi: il-Pulizija, il-Protezzjoni Civili, id-Divizjoni tas-Sahha, it-teams medici u paramedici, ghaqdiet volontarji li jghinu, is-sidien tal-karozzi tal-linja, ecc. Element krucjali f'attivita' bhal din huwa li jibqghu miftuha l-postijiet pubblici bhall-Bereg, Palazzi, Muzewijiet - mhux biss li jibqghu miftuha imma li jkun hemm attivita' kbira go fihom. Nikkordinaw ukoll ma' tal-hwienet. Nispera li tghid hjiel bizzejjed. Nota ta' l-ahhar: L-akbar success jiddepnedi fuq li tigu intom - li jkun hemm attendenza kbira. Ghalhekk issir kampanja qawwija ta' pubblicita', kordinazzjoni mal-media kollha, tqassim tal-programm f'kull dar, partecipazzjoni fi programmi tat-television u fuq ir-radju ecc. Il-poplu gie. Kellna madwar 100,000 ruh. Grazzi minn qalbi lil kulmin hadem bla heda. Grazzi minn qalbi lil kull min attenda.

1 comment:

Anonymous said...

Grazzi tal-informazzjoni ... nixtieq nissugerixxi sabiex dan l-avveniment, illi mid-dehra se jibda jsir ta kull sena, jinghata iktar post prominenti fil marketing internazzjonali ta pajjizna. Dan sabiex it-turisti anke jibdew jigu specifikament ghal din l-okkazjoni.

Ghaldaqstant forsi taghmel sens illi ikun hemm xi avvenimenti zghar fil jiem ta qabel in-Notte Bianca bhall ma jsir f'pajjizi ohrajn e.e il Palio ta Sena, il-girja ta barrin gewwa Pamplona etc.