Thursday, June 28, 2007
Bajja ta' San Gorg - se tkun akbar
Kien ta' sodisfazzjon kbir ghalija meta kont inawgurajt il-Bajja ta' San Gorg. Diga gawdewha eluf ta' nies is-sajf li ghadda u anki dak ta' qabel. Dan is-success jaghtini kuragg kbir. Issa iddecidejt li wasal iz-zmien li din il-Bajja nkabbruha aktar. Fil-hmistax li gejjin, ikollna naghlquha ghal xi jumejn - izda bi skop tajjeb: se nqieghdu aktar ramel u nkabbruha b'madwar hames metri. Ir-ramel jasal il-gimgha d-diehla. Spiza ohra ta' Lm 80,000, imma meta se naraw hafna aktar nies juzaw dil-bajja, se naqblu li din spiza li hi tassew 'worth it'.
Sunday, June 10, 2007
Talent Malti
Nhar il-Gimgha filghaxija attendejt il-kuncert tat-tenur maghruf mad-dinja kollha, Jose' Carreras. Il-kuncert sar fil-pjazza Main Guard quddiem il-Palazz, il-Belt. Biss l-akbar sodisfazzjon li hassejt kien kemm hrigna ta' nies bhala Maltin. Kemm is-soprano Lydia Caruana kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali taghna mhux biss harguna ta' nies imma wrew kemm ghandna ghalfejn inkunu kburin bit-talent Malti. Prosit minn qalbi.
Tuesday, June 5, 2007
Arti kontemporanja
Il-lejla kelli nattendi ghal zewg attivitajiet differenti li t-tnejn juru kemm l-arti kontemporanja f'pajjizna hija hajja u ghaddejja minn zmien interessanti. Ghal habta tas-7 ta' filghaxija inawgurajt wirja ta' 152 ritratt, maqsuma indaqs bejn ritratti monochrome u ritratti tal-kulur fit-42 Wirja ta' l-Arti Fotografika organizzata mis-Socjeta' Maltija tal-Fotografija. Il-wirja qed titella' fl-Istitut Kulturali Taljan fil-Main Guard il-Belt. Hemm ritratti tassew mill-aqwa. Aktar tard, fit-8.45 p.m. inawgurajt il-Johanne Casabene Dance Conservatoire - akkademja tad-danza f'Tigne' li toffri tahrig fiz-zfin fuq bazi professjonali. Nammira hafna t-talent kbir zaghzugh li ghandna f'Malta u ma tistax ma tiehux pjacir tara kemm hawn aktar persuni qed jiehdu dan kollu bl-akbar serjeta'.
Saturday, June 2, 2007
Zjara tal-President ta' l-Ungerija
Qattajt l-ahhar tlitt ijiem bhala 'Accompanying Minister' mal-President ta' l-Ungerija. Kienet esperjenza tajba. L-aktar haga li laqtitni kemm ghandna minn xhix inkunu kburin b'pajjizna. Iz-zjarat tal-President ta' l-Ungerija inkludew l-Isptar il-gdid Mater Dei, il-Barrakkta t'Isfel u ta' Fuq fil-Belt, id-Domus Romana, il-Belt ta' l-Imdina bi zjara f'Palazzo Falson. Kemm hu kif ukoll id-delegazzjoni tieghu kellhom l-akbar kliem ta' tifhir ghal pajjizna. Nahseb li jkun tajjeb kieku napprezzaw ahna lkoll dak kollu li ghandu x'joffri pajjizna.
Subscribe to:
Posts (Atom)