Monday, September 24, 2007

'I Carabinieri' - zewg episdoji jingibdu Malta

Mhux ta' kuljum li nista' nkun fil-kumpanija ta' Chiara Ricci (ex Miss Italia) u Walter Nudo (li kien rebah il-konkors ta' Isola dei Famosi). It-tnejn li huma jinsabu Malta jaghmlu l-parti ta' "carabinieri" - izda minghajr uniformi, jigifieri 'under cover'. Zewg episodji ghas-seba' sensiela ta' 'I Carabinieri' li hi segwita hafna fl-Italja qed jingibdu Malta - u Malta mhux biss bhala post ghall-'filming' imma Malta bhala parti mill-istorja. Dan kollu qed isir bhala parti mill-istrategija li qed insegwu biex nattiraw aktar turisti. Dan il-programm jarawh 6.5 miljun ruh, u l-episodji fuq Malta se jixxandru fi Frar tas-sena d-diehla. Dalghodu inzilt sal-Cottonera Waterfront biex insegwi dirett l-iffilmjar isir f'Malta... u naturalment qghadt inkellem ftit lil Chiara u lil Walter...

Cruise mal-mama' u ma' hija


Bejn is-7 u l-14 ta' Settmebru, mort 'cruise' madwar il-Mediterran flimkien mal-mama' (li ghandha 94 sena) u hija John. L-ewwel port li dhalna fih kien Palermo. Diga kellna parir minghand xi hbieb li marru qabilna li l-ahjar li niftehmu ma' wiehed bit-taxi u jaghmlilna dawra hu. Hekk ghamilna u ghamlina dawra mill-isbah u anki qaghad jispjegalna fuq partijiet ta' l-istorja ta' Palermo. Qabel ma morna lura fuq il-vapur ftehmna mieghu li jehodna sal-bajja famuza ta' Mondello - hemmhekk jiddellettaw ferm aktar minna bil-'beach concessions' - pero' xorta wahda post mill-isbah. Il-mama' ridna nwassluha sa hdejn il-bhar. Zgur wahda mill-isbah espejenzi ghaliha wkoll. Dan ir-ritratt hadnih ftit metri boghod mill-ilma bahar.

Friday, September 7, 2007

Xena mill-aktar kommoventi

Ix-xena tal-KonKatidral ta' San Gwann il-bierah filghaxija tibqa' wahda mill-aktar kommoventi. Hawnhekk il-Maestro Riccardo Muti li mieghu fthemt sabiex huwa jkun il-President Onorarju ta' l-Akkademja Mediterranja tal-Muzika gewwa Malta, mexxa li 'Stabat Mater' ta' Pergolesi u 'Salve Regina' ta' Porpora gewwa dan il-KonKatidral. Spikkaw is-soprano Barbara Frittoli u l-mezzo soprano Monica Bacelli, apparti mill-Orkestra Giovanili Luigi Cherubini. Wara l-kuncert, iltqajna lkoll il-Ministeru. Mal-Maestro Muti bdejna diskusjoni fuq progetti ohra ambizzjuzi, inkluz li jtella' muzika ta' kompozituri Maltin barra minn Malta u li niehdu inizjattivi ohra muzikali ta' l-oghla kalibru. Il-bierah madwar 1,000 peruna attendew il-Konkatidral. Ghalija jibqa' wiehed mill-aktar mumenti kommoventi ta' hajti. Grazzi lil kull hadem bis-shih anki minn wara l-kwinti biex kellna dan is-success.