Friday, October 12, 2007
Kumpanija biex iggib konferenzi lejn Malta
Il-bierah filghodu sifirt ghal Londra sabiex filghaxija ninawgura kumpanija gdida li bi hsiebha tibda iggib lejn Malta konferenzi ta' importanza. Wasalt tliet sieghat wara l-hin ippjanat ghax l-ajruplan dam ma telaq minn Malta minhabba cpar fuq Londra, izda xorta wahda kont fil-hin ghall-okkazjon. Din il-kumpanija (dik li inawgurajt il-bierah filghaxija) jisimha All Events by Fraser Eagle. Hi kumpanija li, minn anqas minn sentejn ilu, bdiet tahdem f'Malta fil-qasam tat-trasport. Kien inawgura l-ufficji taghha f'Lancashire il-Prim Ministru ftit xhur ilu. Issa tant sejra tajjeb Malta li riedet tibda tintroduci nies ohra lejn pajjizna. Ghalhekk l-okkazjoni tal-bierah filghaxija li saret fil-Hilton Metropole ta' Londra. Il-kumpanija harget ktejjeb fuq Malta li tassew johrog il-gmiel ta' Malta. Ipproducew ukoll DVD mill-aktar impressjonanti fuq pajjizna. Kien hemm ukoll ikel u zfin Malti. Okkazjoni ohra fejn thossok kburi li tkun Malti. Dalghodu stess nerga nirritorna Malta... anki biex inkun fil-hin halli illejla nattendi 'Birgu by Candlelight'.
Monday, October 8, 2007
Twegiba tieghi - Notte Bianca
Ircevejt kumment minghand Jonathan li apparti li ta prosit lili u lit-team organizattiv kollu rigward 'Notte Bianca' talabni naghti ftit dettalji kif avveniment bhal dan seta' jitella'. Difficli naghti d-dettalji kollha imma nghid l-aktar essenzjali: L-ewwelnett trid tinvesti l-flus mehtiega. Avveniment bhal dan jiswa' madwar Lm 80,000 izda nemmen li dan hu investiment li jaghmel gid kbir lill-pajjiz. Ghandna team organizzattiv imexxi b'energija u entuzjazmu minn Mary Anne Cauchi. Hekk kif organizzajna l-ewwel 'Notte Bianca' sena ilu, bdejna nahsbu mill-ewwel ghall-edizzjoni ta' din is-sena. L-ewwel pass kien li nistaqsu lill-pubbliku stess jaghti l-kummenti tieghu u hadna kemm stajna mis-suggerimenti li ircevejna. Aktar tard umbaghad issir sejha ghal min irid jew jiehu sehem jew joffri xi servizz partikolari. Darba jkollna din l-informazzjoni, nibdew il-process li nqassmu l-attivitajiet li naghzlu ghal areas differenti fil-Belt. Ikun hemm ukoll bzonn ta' servizzi teknici, bhal dwal, sound, palkijiet, tizjin, ecc. Dawn ukoll jintghazlu. Apparti dan kollu trid tikkordina ma' l-entitajiet kollha li huma krucjali biex serata bhal din tirnexxi: il-Pulizija, il-Protezzjoni Civili, id-Divizjoni tas-Sahha, it-teams medici u paramedici, ghaqdiet volontarji li jghinu, is-sidien tal-karozzi tal-linja, ecc. Element krucjali f'attivita' bhal din huwa li jibqghu miftuha l-postijiet pubblici bhall-Bereg, Palazzi, Muzewijiet - mhux biss li jibqghu miftuha imma li jkun hemm attivita' kbira go fihom. Nikkordinaw ukoll ma' tal-hwienet. Nispera li tghid hjiel bizzejjed. Nota ta' l-ahhar: L-akbar success jiddepnedi fuq li tigu intom - li jkun hemm attendenza kbira. Ghalhekk issir kampanja qawwija ta' pubblicita', kordinazzjoni mal-media kollha, tqassim tal-programm f'kull dar, partecipazzjoni fi programmi tat-television u fuq ir-radju ecc. Il-poplu gie. Kellna madwar 100,000 ruh. Grazzi minn qalbi lil kulmin hadem bla heda. Grazzi minn qalbi lil kull min attenda.
Notte Bianca, 2007 (1)

Waqt li kienet ghaddejja 'Notte Bianca' ridna wkoll nzommu lill-kumplament tal-poplu li ma kienx il-Belt infurmat b'dak li kien hemm ghaddej. TVM kellu diversi kollegamenti ghal dan l-iskop. Hawnhekk nidher intervistat minn Norma Saliba u Nirvana Azzopardi waqt edizzjoni specjali ta' 'Montage'. Qabel kemm jien kif ukoll il-Prim Ministru konna intervistati minn Valerie Vella fuq programm iehor li kien qed jixxandar qabel. L-intervisti kienu kollha 'live'. Jiena kelli dejjem kumment wiehed - jekk tistghu, idhlu l-Belt u kunu intkom stess parti mill-attivita' kbira li hawn. Madwar 100,000 ruh attendew ghal 'Notte Bianca' ta' din is-sena. Grazzi mill-qalb.
Notte Bianca, 2007

Serata ohra li tibqa' ghal dejjem fil-memorja tieghi. Grazzi lil kull min ta sehemu. In-'Notte Bianca' li kellna l-bierah filghaxija kienet success fenomenali. Weghdna - akbar u ahjar, u hekk kien. Bhas-sena l-ohra kien hemm kju ma jispicca qatt ta' nies iridu jidhlu Kastilja, u l-bierah kien hemm ukoll kju ta' nies li riedu jidhlu l-Palazz u jaraw il-Parlament. F'Kastilja l-Prim Ministru u s-sinjura Gonzi sabu hin jiehdu ritratti ma' xi whud li kienu qed izuru, kif nidhru flimkien ma' omm u binha (li beda jahdem il-lukanda Meridien, Balluta, dan l-ahhar). Grazzi lill-poplu kollu li ikkonkorra.
Subscribe to:
Posts (Atom)