Minn qalbi, Awguri lil Morena li rebhet il-bierah filghaxija il-'Malta Song for Europe' u b'hekk se tirraprezentana fis-Serbja fil-Eurovision f'Mejju. Morena kellek energija, entusjasmu u fuq kollox il-kanzunetta 'Vodka' tista' twassal ghal aktar success favur pajjizna. Nifrah ukoll lil kull min ha sehem jew hadem favur il-festival ta' din is-sena. Kellna wirja spettakolari ta' talent Malti, inkluz it-talent li tatna Natalie Gauci - tfjala Awstraljana imma ta' nisel Malti. Kburi bhala Malti. Nemmen tassew li fil-qasam kulturali qed jirnexxilna naghtu lill-pajjiz attivitajiet li jaghmlulna lkoll l-akbar gieh. (Ritratt ta' Fotoclassic)Sunday, January 27, 2008
Awguri Morena
Minn qalbi, Awguri lil Morena li rebhet il-bierah filghaxija il-'Malta Song for Europe' u b'hekk se tirraprezentana fis-Serbja fil-Eurovision f'Mejju. Morena kellek energija, entusjasmu u fuq kollox il-kanzunetta 'Vodka' tista' twassal ghal aktar success favur pajjizna. Nifrah ukoll lil kull min ha sehem jew hadem favur il-festival ta' din is-sena. Kellna wirja spettakolari ta' talent Malti, inkluz it-talent li tatna Natalie Gauci - tfjala Awstraljana imma ta' nisel Malti. Kburi bhala Malti. Nemmen tassew li fil-qasam kulturali qed jirnexxilna naghtu lill-pajjiz attivitajiet li jaghmlulna lkoll l-akbar gieh. (Ritratt ta' Fotoclassic)Friday, January 18, 2008
Laqgha ma' residenti fil-Gzira
L-aktar haga li toghgobni fil-hajja politika hija l-kuntatt man-nies. Il-bierah filghaxija organizzajt laqgha mar-residenti tal-Gzira fil-lukanda Waterfront. L-attendenza kienet tajba u hadt pjacir nirrispondi ghad-domandi u interventi sincieri li saru mill-persuni li attendew. Wara qattajt ftit aktar hin b'mod socjali mal-Gzirjani. Umbaghad mort fuq NET TV biex niehu sehem f'diskussjoni li kienet ghaddejja 'live' fuq it-turizmu.
Sunday, January 13, 2008
Celebrazzjoni Ewro
Nirringrazzja minn qalbi lill-Orkestra Nazzjonali taghna li issa saret Filarmonika, kif ukoll lil Joseph Calleja u Miriam Gauci li l-lejla ghamluna tassew kburin li ahna Maltin - taw kuncert memorabbli bhala celebrazzjoni tal-qlib ghall-munita Ewro. Fostna kellna l-aqwa persunaggi mill-Unjoni Ewropea - nies bhal Barroso, Prodi, Juncker, u Prim Ministri, Ministri u ufficjali ohra. Kulhadd - kelma wahda: Prosit lill-Orkestra taghna, Prosit Miriam. Prosit Joseph. Kburin bikom u ghandna ghal xiex! Grazzi mill-gdid.
Subscribe to:
Posts (Atom)