Wednesday, May 30, 2007
Konferenza Anwali - MTA
Esperjenza sabiha. Il-bierah filghodu attendejt il-Konferenza Anwali tal-MTA. Il-presentazzjonijiet kollha intghogbu hafna. Stil: modern u professjonali. Fuq kollox kellna presentazzjoni ta' Media Consulta - kumpanija mill-aqwa fl-Ewropa fuq 'marketing' li se tinghata 21 miljun Euro ghat-tliet snin li gejjin biex taghti l-aqwa pubblicita' favur Malta. Meta tkellimt fil-konferenza ghedt li hemm bzonn aktar fondi favur it-turizmu u li rridu nigbdu habel wiehed. Nemmen li qed naslu - ic-cifri ghall-ewwel tliet xhur tajbin - gew 7% izjed turisti...... u nefqu 10% izjed.
Tuesday, May 29, 2007
Dun Gorg
Kulhadd ferhan li l-Hadd li gej ikollna l-ewwel Qaddis Malti - Dun Gorg. Illum habbart li se ntellghu Oratorju dedikat lil dan il-Qaddis gdid - kitba ta' Oliver Friggieri, u muzika ta' Charles Camilleri. Se jiehdu sehem l-Orkestra u l-Kor Collegium Musicum imexxija minn Dione Buhagiar. Wara li tajt din l-ahbar, ghamilt intervista fuq l-istess Oratorju fil-Konkatidral ta' San Gwann - fejn ser issir din l-attivita' nhar il-Gimgha 15 u l-Hadd 17 ta' Gunju. Tithajru? Biljetti b'xejn mill-Ministeru ghat-Turizmu u Kultura.
Aktar rotot tar-Ryanair
Il-bierah ftahna l-offerti fuq rottot godda li habbarna. Konna habbarna erba' rottot - u r-Ryanair accetta li jibda titjiriet fuq ir-rottot kollha. Minn Settembru / Ottubru ikolla titjiriet ukoll 'low cost' minn Bremen, Stockholm, Bari u Girona (Spanja). Sodisfatt hafna - l-iskemi tal-Gvern favur it-turizmu qed jahdmu.
Kuncert - transmess dirett fl-Amerika
Il-bierah filghaxija ergajt kont il-Manoel ghal kuncert b'differenza kbira. Il-kuncert li kien qed isir Malta kien trasmess dirett f'Washington, D.C. , l-Amerika fejn kien segwit minn mijiet ta' persuni li ngabru apposta ghal din l-okkazjoni. Il-kuncert kien jismu 'Opera Across the Atlantic'. Itella' minn the Richard Tucker Music Foundation u fih hadu sehem uhud mill-aqwa kantanti ta' l-opra mit-Teatru Metropolitan ta' l-Istati Uniti. Kantaw siltiet minn opri u muzika ohra klassika. Il-gbir kollu mid-dhul tal-biljetti mar ghall-Community Chest Fund. Attenda wkoll il-President, Eddie Fenech Adami. Hadt pjacir hafna, specjalment ghax kienet l-Orkestra taghna, l-Orkestra Nazzjonali, li akkumpanjat il-kantanti li gew minn barra. Waqt l-intermission hafna staqsewi jekk din l-Orkestra gietx minn barra bhall-kantanti! Le, stajt inwiegeb bi tbissima b'sodisfazzjon, dik l-Orkestra taghna!
Monday, May 28, 2007
Kuncert il-Manoel
Il-bierah filghaxija kont it-Teatru Manel. Kien hemm kuncert moghti mill-Vienna Classical Players. Pjacevoli hafna - muzika tipikament ta' Vienna - muzika ta' Strauss u Lehar. Izda daqqew ukoll muzika tal-Maestro Ghawdxi, Joe Vella. Wara iltaqjt ma' diversi mill-muzicisti f'St James Cavalier. Il-kuncert sar fl-okkazjoni ta' eghluq il-15-il sena mit-twaqqif ta' Malta Internatinal Airport, u eghluq il-5 snin minn meta sar kumpanija privata. Serata divertenti - tkompli turi kemm hawn interess fl-attivita' kulturali f'pajjizna.
Saturday, May 26, 2007
Il-Weghda
Il-bierah filghaxija mort nara l-opra ta' Charles Camilleri, 'Il-Weghda' - tiehu pjacir tara bicca xoghol bil-Malti u fejn kull min ha sehem kien Malti. Camilleri u Friggieri (li kiteb il-kliem) tawna opra Maltija mill-aqwa. Prosit minn qalbi lil kull min ha sehem. Dan kellu jkun speci ta' 'birthday party' ghal Charles Camilleri li ghalaq 75 sena Settembru li ghadda, izda ma setax jigi ghax qieghed l-isptar. Nawguralu fejqan malajr.
Tuesday, May 22, 2007
Il-blog tieghi...
Xi hmistax ilu bdejt niskopri d-dinja tal-blogs...bqajt skantant kemm hawn Maltin li ghandhom il-blog taghhom u li jitrattawh bhat-tarbija li jiehdu hsieb ta' sikwit.
Bejni u bejn ruhi ghidt, nixtieq nipprova din l-esperjenza jien ukoll. U ghalhekk hloqt dan il-blog li nispera li nzomm aggornat kemm jista' jkun.
Dan l-ewwel messagg li qed inqieghed fuq dan il-blog li ghadni kemm hloqt. Irrid minn hin ghal hin nghid minn xhix inkun ghaddej. Nixtieq ukoll li nircievi u naqra l-kummenti taghkom...fuq kollox.
Nippruvaw...Francis :)
Bejni u bejn ruhi ghidt, nixtieq nipprova din l-esperjenza jien ukoll. U ghalhekk hloqt dan il-blog li nispera li nzomm aggornat kemm jista' jkun.
Dan l-ewwel messagg li qed inqieghed fuq dan il-blog li ghadni kemm hloqt. Irrid minn hin ghal hin nghid minn xhix inkun ghaddej. Nixtieq ukoll li nircievi u naqra l-kummenti taghkom...fuq kollox.
Nippruvaw...Francis :)
Subscribe to:
Posts (Atom)