Sunday, January 27, 2008

Awguri Morena

Minn qalbi, Awguri lil Morena li rebhet il-bierah filghaxija il-'Malta Song for Europe' u b'hekk se tirraprezentana fis-Serbja fil-Eurovision f'Mejju. Morena kellek energija, entusjasmu u fuq kollox il-kanzunetta 'Vodka' tista' twassal ghal aktar success favur pajjizna. Nifrah ukoll lil kull min ha sehem jew hadem favur il-festival ta' din is-sena. Kellna wirja spettakolari ta' talent Malti, inkluz it-talent li tatna Natalie Gauci - tfjala Awstraljana imma ta' nisel Malti. Kburi bhala Malti. Nemmen tassew li fil-qasam kulturali qed jirnexxilna naghtu lill-pajjiz attivitajiet li jaghmlulna lkoll l-akbar gieh. (Ritratt ta' Fotoclassic)

Friday, January 18, 2008

Laqgha ma' residenti fil-Gzira

L-aktar haga li toghgobni fil-hajja politika hija l-kuntatt man-nies. Il-bierah filghaxija organizzajt laqgha mar-residenti tal-Gzira fil-lukanda Waterfront. L-attendenza kienet tajba u hadt pjacir nirrispondi ghad-domandi u interventi sincieri li saru mill-persuni li attendew. Wara qattajt ftit aktar hin b'mod socjali mal-Gzirjani. Umbaghad mort fuq NET TV biex niehu sehem f'diskussjoni li kienet ghaddejja 'live' fuq it-turizmu.

Sunday, January 13, 2008

Celebrazzjoni Ewro

Nirringrazzja minn qalbi lill-Orkestra Nazzjonali taghna li issa saret Filarmonika, kif ukoll lil Joseph Calleja u Miriam Gauci li l-lejla ghamluna tassew kburin li ahna Maltin - taw kuncert memorabbli bhala celebrazzjoni tal-qlib ghall-munita Ewro. Fostna kellna l-aqwa persunaggi mill-Unjoni Ewropea - nies bhal Barroso, Prodi, Juncker, u Prim Ministri, Ministri u ufficjali ohra. Kulhadd - kelma wahda: Prosit lill-Orkestra taghna, Prosit Miriam. Prosit Joseph. Kburin bikom u ghandna ghal xiex! Grazzi mill-gdid.

Tuesday, December 11, 2007

Awguri Trilogy

Dal-ghodu kelli pjacir niehu sehem f'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha thabbar li l-grupp Trilogy dahlu f'kuntratt ta' tmexxija mal-grupp Goodwine Productions - kuntratt li ghandu jwassal ghal hrug ta' diska minn dan il-grupp fuq is-suq Ingliz u internazzjonali. Ghalija dan huwa wiehed mill-ahjar gruppi li juri t-talent gdid u zaghzugh f'pajjizna. Billi dan il-grupp se jkun impenjat sew, sfortunatament mhux se narawh jiehu sehm fil-Malta Song for Europe bic-cans li jispiccaw anki jirraprezentaw lil Malta fil-Eurovision. Jiena nawgura lil Daniel, Eleanor u Roger l-akbar successi. Jixirqilkom, u kull success li taghmlu jkun ta' l-akbar unur ghal Malta. Awguri mill-qalb.

DVD launch minn Ira Losco

Il-bierah filghaxija mort l-Eden Cinema ghal launch ta' DVD bl-isem 'Living It..... Fih naraw lil Ira Losco u l-Band taghha. Naghti parir li kull min ihobb ix-xena tal-muzika f'pajjizna u x'talent mill-aqwa ghandna, biex jara dan il-film meta jibda jintwera l-Eden, kif ukoll jixtri kopja ta' dan id-DVD meta aktar tard johrog ghall-bejh. Inhadem matul l-ahhar tliet snin u naraw uhud mill-aqwa mumenti ta' Ira inkluz il-kuncert li kienet organizzat il-Hilton, is-sehem taghha fl-Isle of MTV - Malta Special, kif ukoll meta wara kuncerti f'Malta kienet intghazlet biex tiehu sehem ma' Claudio Baglione f'Lampedusa, u ma' Gigi d'Alessio f'Taormina. Naraw ukoll il-band taghha, hemm intervista maghha fuq il-karriera taghha u fuq in-nies li tahdem maghhom. Twegibiet cari u sincieri. Naraw ukoll hafna milli jigri 'wara l-kwinti'! Kelli x-xorti li ghext hafna mill-mumenti li jidhru f'dan id-DVD u ghalhekk ghalija kien mimli memorji mill-isbah. Ma niddejjaq xejn nerga narah fil-granet li gejjin. Prosit Ira u awguri ghall-BMA Awards ghada filghaxija.

Monday, December 10, 2007

Prosit - kull min ha sehem f'TUX

Il-lejla mort nara TUX - Teatru Unplugged 10. Segwejt din l-attivita' minn mindu twieldet ghaxar snin ilu. Hadt gost hafna. Prosit lil min organizza (Nirvana, Dave u Jonathan) u lil kull min ha sehem: Carrie - vuci inkredibbli: il-lejla ma kinitx tiflah u sfortunatament kellha tieqaf wara zewg numri - imma prosit xorta; Paul Shaw - pjanist mill-aqwa mill-Jamaica li flimkien ma' martu Anne - pjanista wkoll - tawna mumenti muzikali mill-isbah, Tony Grimaud li ghadni niftakar minn meta ghamel il-parti principali fil-musical 'Zaghzugh' - stil uniku tip ta' Bob Dylan, u l-inimitabbli Renzo Spiteri u l-band tieghu, aparti l-kantanti: Gianni, Sue Wadge, Clare Falzon u Ivan Filetti. Ipprezentat Clare Agius u The Sound System ipprovdew l-apparat kollu mehtieg. Serata mill-aktar divertententi fit-Teatru Manoel. Qabel, mort sal-kafe' Gambrinus fejn Ira Losco kienet qed tigbed clip ta' film muzikali - Ira tispikka dejjem - u aktar kmieni zort wirja tassew originali ta' xogholijiet tac-ceramika mahluqa minn Paulene Attard fil-Valletta Waterfront. Serata ohra bi ftit minn kollox. Prosit kbir minn qalbi lil kulhadd. F'Malta ghandna hafna talent li ghandna tassew ghax niftahru bih!

Sunday, November 11, 2007

Birthday Bash - Axis: 9 ta' Novembru 2007

M'ghandi ebda dubju li dal-birthday sa nibqa' niftakru. Il-Gimgha li ghadda kelli 'Birthday Bash' fl-Axis. Kien avveniment ghaz-zghazagh. Grazzi lil kull min ha sehem u kull min kien prezenti. Hadu sehem is-Sixth Simphoni, Spookey Moneky, Ira Losco u l-band taghha, kif ukoll DJ Ruby. Nahseb l-isbah mument kien meta Ira stednitni fuq il-palk biex nghid kelmtejn u naqsam il-kejk ta' l-okkazjoni li kien forma ta' I-pod. L-ewwel hsieb li esprimejt: ma ghalaqtx 53 sena, imma ghalaqt 26 sena u nofs... darbtejn! B'dawk iz-zghazagh kollha prezenti, kien l-ewwel hsieb li dahal f'mohhi!Hadt pjacir hafna, anki ghax kont maz-zghazagh - kien fil-Moviment taz-Zghazagh fejn bdejt l-istess hidma politika tieghi. U hekk nixtieq nibqa' naghmel: li nibqa' dejjem vicin iz-zghazagh fejn inhossi totalment 'at home'...