Monday, December 10, 2007
Prosit - kull min ha sehem f'TUX
Il-lejla mort nara TUX - Teatru Unplugged 10. Segwejt din l-attivita' minn mindu twieldet ghaxar snin ilu. Hadt gost hafna. Prosit lil min organizza (Nirvana, Dave u Jonathan) u lil kull min ha sehem: Carrie - vuci inkredibbli: il-lejla ma kinitx tiflah u sfortunatament kellha tieqaf wara zewg numri - imma prosit xorta; Paul Shaw - pjanist mill-aqwa mill-Jamaica li flimkien ma' martu Anne - pjanista wkoll - tawna mumenti muzikali mill-isbah, Tony Grimaud li ghadni niftakar minn meta ghamel il-parti principali fil-musical 'Zaghzugh' - stil uniku tip ta' Bob Dylan, u l-inimitabbli Renzo Spiteri u l-band tieghu, aparti l-kantanti: Gianni, Sue Wadge, Clare Falzon u Ivan Filetti. Ipprezentat Clare Agius u The Sound System ipprovdew l-apparat kollu mehtieg. Serata mill-aktar divertententi fit-Teatru Manoel. Qabel, mort sal-kafe' Gambrinus fejn Ira Losco kienet qed tigbed clip ta' film muzikali - Ira tispikka dejjem - u aktar kmieni zort wirja tassew originali ta' xogholijiet tac-ceramika mahluqa minn Paulene Attard fil-Valletta Waterfront. Serata ohra bi ftit minn kollox. Prosit kbir minn qalbi lil kulhadd. F'Malta ghandna hafna talent li ghandna tassew ghax niftahru bih!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment