Tuesday, December 11, 2007
DVD launch minn Ira Losco
Il-bierah filghaxija mort l-Eden Cinema ghal launch ta' DVD bl-isem 'Living It..... Fih naraw lil Ira Losco u l-Band taghha. Naghti parir li kull min ihobb ix-xena tal-muzika f'pajjizna u x'talent mill-aqwa ghandna, biex jara dan il-film meta jibda jintwera l-Eden, kif ukoll jixtri kopja ta' dan id-DVD meta aktar tard johrog ghall-bejh. Inhadem matul l-ahhar tliet snin u naraw uhud mill-aqwa mumenti ta' Ira inkluz il-kuncert li kienet organizzat il-Hilton, is-sehem taghha fl-Isle of MTV - Malta Special, kif ukoll meta wara kuncerti f'Malta kienet intghazlet biex tiehu sehem ma' Claudio Baglione f'Lampedusa, u ma' Gigi d'Alessio f'Taormina. Naraw ukoll il-band taghha, hemm intervista maghha fuq il-karriera taghha u fuq in-nies li tahdem maghhom. Twegibiet cari u sincieri. Naraw ukoll hafna milli jigri 'wara l-kwinti'! Kelli x-xorti li ghext hafna mill-mumenti li jidhru f'dan id-DVD u ghalhekk ghalija kien mimli memorji mill-isbah. Ma niddejjaq xejn nerga narah fil-granet li gejjin. Prosit Ira u awguri ghall-BMA Awards ghada filghaxija.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
0 comments:
Post a Comment