Dal-ghodu kelli pjacir niehu sehem f'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha thabbar li l-grupp Trilogy dahlu f'kuntratt ta' tmexxija mal-grupp Goodwine Productions - kuntratt li ghandu jwassal ghal hrug ta' diska minn dan il-grupp fuq is-suq Ingliz u internazzjonali. Ghalija dan huwa wiehed mill-ahjar gruppi li juri t-talent gdid u zaghzugh f'pajjizna. Billi dan il-grupp se jkun impenjat sew, sfortunatament mhux se narawh jiehu sehm fil-Malta Song for Europe bic-cans li jispiccaw anki jirraprezentaw lil Malta fil-Eurovision. Jiena nawgura lil Daniel, Eleanor u Roger l-akbar successi. Jixirqilkom, u kull success li taghmlu jkun ta' l-akbar unur ghal Malta. Awguri mill-qalb.Tuesday, December 11, 2007
Awguri Trilogy
Dal-ghodu kelli pjacir niehu sehem f'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha thabbar li l-grupp Trilogy dahlu f'kuntratt ta' tmexxija mal-grupp Goodwine Productions - kuntratt li ghandu jwassal ghal hrug ta' diska minn dan il-grupp fuq is-suq Ingliz u internazzjonali. Ghalija dan huwa wiehed mill-ahjar gruppi li juri t-talent gdid u zaghzugh f'pajjizna. Billi dan il-grupp se jkun impenjat sew, sfortunatament mhux se narawh jiehu sehm fil-Malta Song for Europe bic-cans li jispiccaw anki jirraprezentaw lil Malta fil-Eurovision. Jiena nawgura lil Daniel, Eleanor u Roger l-akbar successi. Jixirqilkom, u kull success li taghmlu jkun ta' l-akbar unur ghal Malta. Awguri mill-qalb.DVD launch minn Ira Losco
Il-bierah filghaxija mort l-Eden Cinema ghal launch ta' DVD bl-isem 'Living It..... Fih naraw lil Ira Losco u l-Band taghha. Naghti parir li kull min ihobb ix-xena tal-muzika f'pajjizna u x'talent mill-aqwa ghandna, biex jara dan il-film meta jibda jintwera l-Eden, kif ukoll jixtri kopja ta' dan id-DVD meta aktar tard johrog ghall-bejh. Inhadem matul l-ahhar tliet snin u naraw uhud mill-aqwa mumenti ta' Ira inkluz il-kuncert li kienet organizzat il-Hilton, is-sehem taghha fl-Isle of MTV - Malta Special, kif ukoll meta wara kuncerti f'Malta kienet intghazlet biex tiehu sehem ma' Claudio Baglione f'Lampedusa, u ma' Gigi d'Alessio f'Taormina. Naraw ukoll il-band taghha, hemm intervista maghha fuq il-karriera taghha u fuq in-nies li tahdem maghhom. Twegibiet cari u sincieri. Naraw ukoll hafna milli jigri 'wara l-kwinti'! Kelli x-xorti li ghext hafna mill-mumenti li jidhru f'dan id-DVD u ghalhekk ghalija kien mimli memorji mill-isbah. Ma niddejjaq xejn nerga narah fil-granet li gejjin. Prosit Ira u awguri ghall-BMA Awards ghada filghaxija.
Monday, December 10, 2007
Prosit - kull min ha sehem f'TUX
Il-lejla mort nara TUX - Teatru Unplugged 10. Segwejt din l-attivita' minn mindu twieldet ghaxar snin ilu. Hadt gost hafna. Prosit lil min organizza (Nirvana, Dave u Jonathan) u lil kull min ha sehem: Carrie - vuci inkredibbli: il-lejla ma kinitx tiflah u sfortunatament kellha tieqaf wara zewg numri - imma prosit xorta; Paul Shaw - pjanist mill-aqwa mill-Jamaica li flimkien ma' martu Anne - pjanista wkoll - tawna mumenti muzikali mill-isbah, Tony Grimaud li ghadni niftakar minn meta ghamel il-parti principali fil-musical 'Zaghzugh' - stil uniku tip ta' Bob Dylan, u l-inimitabbli Renzo Spiteri u l-band tieghu, aparti l-kantanti: Gianni, Sue Wadge, Clare Falzon u Ivan Filetti. Ipprezentat Clare Agius u The Sound System ipprovdew l-apparat kollu mehtieg. Serata mill-aktar divertententi fit-Teatru Manoel. Qabel, mort sal-kafe' Gambrinus fejn Ira Losco kienet qed tigbed clip ta' film muzikali - Ira tispikka dejjem - u aktar kmieni zort wirja tassew originali ta' xogholijiet tac-ceramika mahluqa minn Paulene Attard fil-Valletta Waterfront. Serata ohra bi ftit minn kollox. Prosit kbir minn qalbi lil kulhadd. F'Malta ghandna hafna talent li ghandna tassew ghax niftahru bih!
Subscribe to:
Posts (Atom)