Wednesday, August 29, 2007

Laqgha ma' Muti



Il-bierah filghaxija tlaqt minn Comino ghal madwar sitt sieghat. Meta wasalt Malta, ghaddejt sad-dar, umbaghad kelli laqgha mal-Maestro Riccardo Muti. Huwa wasal Malta l-bierah stess u mil-lum se jibda seminar internazzjonali f'Malta rigward l-opra Taljana. Ghal dan is-seminar qed jattendu studenti minn diversi pajjizi fid-dinja apparti mill-membri kollha ta' l-Orkestra Nazzjonali ta' Malta. Umbaghad il-Hadd li gej, Muti se jtella l-opra 'Don Pasquale' f'Dar il-Mediterran, u l-Erbgha ta' wara fil-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt, se jtella is-'Salve Regina' ta' Porpora u jaghlaq bl-'iStabat Mater' ta' Pergolesi. Dan kollu biex nibdew it-triq halli f'Malta jkollna Akkademja tal-Mediterran tal-Muzika taht l-istess presidenza ta' Muti. Dan jaghmlilna unur kbir u jiftah berah il-bibien ta' pajjizna fil-qasam muzikali. Gazetta Taljna dan l-ahhar ikkumentat: Nofs id-dinja tridu (lil Muti) u hu ghazel lil Malta.

Monday, August 27, 2007

Break f' Comino


It-tradizzjoni hi - l-ghada tal-festa tmur ghax-xalata. Dak li ilni naghmel dawn l-ahhar snin, hu li l-ghada tal-festa ta' San Giljan nqatta' erbat ijiem Comino. Hekk ghamilt illum ukoll. Waqt li qieghed hawn, bi hsiebni naqra l-ktieb 'The Street Lawyer' ta' John Grisham - ghax trid toghma daqsxejn differenti mis-suggetti tas-soltu waqt erbat ijiem ta' mistrieh! Izda xi drawwiet ohra tas-soltu jibqghu hemm ukoll - hekk kuljum niccekkja l-e-mail - anzi niccekkja diversi drabi kuljum, nircievi almenu telefonati urgenti, u nzomm kuntatt ma' l-ufficju. Ghada filghaxija se nirritorna Malta ghal ftit sieghat biex niltaqa' mal-Maestro Muti li jibda l-hidma tieghu f'pajjizna sabiex inwaqqfu l-Akkademja tal-Muzika tal-Mediterran! Imma li tvarja imqar bi ftit, xorta jservi ta' gid!

Il-marc ta' San Giljan



Fid-Distretti tieghi nhobb insgwi l-festi b'mod dirett. Wiehed mill-aktar marci brijuzzi bla dubu huwa dak ta' San Giljan. Ghalhekk bhal ma ilni naghmel minn mindu kont tifel zghir, il-bierah filghodu attendejt dal-marc li jilhaq l-aqwa tieghu meta jasal fejn il-Kazin tal-Banda. Nemmen li dan ir-ritratt li hadt il-bierah jaghti idea zghira mhux biss tal-briju li jkun hemm imma anki tas-sbuhija ta' San Giljan bhala post turistiku. Filghaxija umbaghad mort sal-festa li naturalment tkun aktar solenni!

Sunday, August 26, 2007

Wara l-kuncert ta' Baglioni, Cocciante u Morandi



Sens ta' sodisfazzjon kbir. Wara l-kuncert tal-bierah filghaxija, organizzajna ikla bejn l-organizzaturi u l-partecipanti principali. Fir-ritratt nidher mal-kollega Tonio Borg, Gianni Morandi, Riccardo Cocciante u Ira Losco. Kienu prezenti ukoll Claudio Baglioni, u l-kantanti l-ohra Maltin, Ivan Filetti u Ivan Grech (Winter Moods). Maghna ukoll il-prezentaturi Fabrizio Frizzi u Louise Tedesco. Flimkien ma' NnG Promotions, ma stajnix ma nkunux kuntenti hafna. L-udjenza li attendiet mhux biss kienet kbira - madwar 20,000 imma l-aktar importanti: kulhadd ippartecipa u ha gost. Irridu nkomplu naghmlu aktar minn dan kollu. Malta issa qieghdha tassew fuq il-mappa ta' l-akbar avvenimenti. Grazzi mill-qalb lil kulhadd, izda grazzi specjali lit-talent Malti. Ergajtu ghamiltuna kburin tassew.

Wednesday, August 22, 2007

Kuncert minn Baglioni, Cocciante u Morandi



Illum wara nofsinhar qattajt ftit tal-hin Dar il-Mediterran. Mieghi kien hemm ukoll il-Vici-Prim Ministru Tonio Borg u martu Adele. Hemmhekk kienu qed isiru preparamenti inizjali ghall-kuncert li se jkollna nhar is-Sibt li gej bil-partecipazzjoni tal-kantanti popolari Taljani Claudio Baglioni, Riccardo Cocciante, u Gianni Morandi. Se jkun hemm ukoll bhala talent Malti: Ivan Filetti, Winter Moods u Ira Losco. Dan il-kuncert li qed jitella bl-ghajnuna tal-Gvern Malti u dak Taljan bhala messagg ta' solidarjeta' fuq l-immigrazzjoni irregolari. Malta ma tistax tagixxi wahedha! Kienet esperjenza mill-isbah nerga' niltaqa' ma' Claudio Baglioni li mhux huwa kantant mill-aqwa, imma ghandu wkoll karattru mill-isbah u jhoss li ghandu missjoni x'iservi bil-muzika tieghu u bil-kuncerti li jorganizza. Ta' l-ahhar: il-kuncert tas-Sibt li gej jibda fit-8.30 p.m., jinzamm fil-Valletta Waterfront, u d-dhul huwa b'xejn ghal kulhadd.

Sunday, August 19, 2007

Coronation Street



Bhalissa fl-Ingilterra qed jidhru l-episodji ta' 'Coronation Street' li ingibdu gewwa Ghawdex fuq inizjattiva tal-M.T.A. Fir-ritratt nidher flimkien mad-Direttur ta' din is-sensiela meta mort insegwi ftit mill-iffilmjar gewwa Ghawdex. Li hemm interessanti f'dawn l-episodji huwa li mhux biss jidhru Malta u Ghawdex imma l-istess storja / 'script' ta' 'Coronation Street' jirreferu ghall-karattri ewlenin li qeghdin fuq vakanza f'pajjizna. Din is-sensiela fl-Ingilterra jarawha madwar 12-il miljun persuni. Qed ikun hemm hafna Inglizi li qed jibbukkjaw vakanza f'pajjizna meta jaraw dawn l-episodji u laqatni wkoll il-fatt li kien hemm min anki wasal biex xtara propjeta' f'Malta wara li ra 'Coronation Street'.

Friday, August 17, 2007

Zjara f'diversi lukandi



Dak l-ghagin jidher tassew tajjeb! Waqt zjara f'diversi lukandi li ghamilt illum, ridt nghid GRAZZI specjali lill-haddiema kollha li jahdmu fil-qasam tat-turizmu. Il-fatt li din hi l-ahjar sena fl-ahhar sitt snin u li l-lukandi kollha mimlija daqs bajda, ifisser aktar xoghol ghall-haddiema f'dan is-settur. Meta staqsejt lil dan il-kok, kemm iservi nies b'dak l-ammont ta' ghagin li kien qed ihawwar, qalli madwar 500! Zort lukandi f'Malta, u anki f'Ghawdex. Meta kont ic-Cirkewwa biex naqsam ghal Ghawdex kien hemm zewg studenti qed iqassmu r-'Red Bull' - missni wiehed ukoll. Meta tqis li ghamilt aktar minn seba' sieghat inzur lukandi differenti biex insegwi direttament is-sucess li qed ikollna fit-turizmu, nahseb kelli bzonn dak id-'drink'! Grazzi u prosit mill-gdid lil kull min jahdem fit-turizmu. Issa nzommu saqajna ma' l-art u nahdmu ghax-xitwa.

Tuesday, August 14, 2007

'Scuttling' tal-Patrol Boat P29



It-turizmu jiddependi minn hafna fatturi. Importanti li jkollna l-attrazzjonijiet mehtiega. Ighiduli li settur li qed jikber hafna huwa t-turizmu marbut ma' l-isports, b'mod partikolari mad-diving. Illum il-Minsteru ghat-Turizmu u Kultura flimkien ma' l-Awtorita' tat-Turizmu hadu hsieb flimkien li naghmlu 'scuttling' tal-Patrol Boat tal-Forzi Armati: il-P29 barra ic-Cirkewwa. Kien ta' sodisfazzjon kbir nara kif id-'divers' (l-ghaddasa) diga qed iqisu dan il-pass bhala wiehed li ghandu jghin lit-turizmu.

Monday, August 13, 2007

Ftit hin mal-mama'

Il-bierah qattajt hafna mill-gurnata ghand Ingrid, habiba tal-familja, flimkien mal-mama' u ma' hija John. Ftit sieghat ghal darba mistrieh nizluli ghasel. Il-mama' fis-17 ta' Lulju ghalqet 94 sena u l-bierah stajt nqatta' ftit tal-hin maghha. Hadna gost hafna - l-ikel bhall-kumpanija kien mill-aqwa. Kollox mexa sew u l-aktar importanti, jidher li l-mama' tasew hadet gost hi wkoll. Filghaxija kelli impenji ohra, inkluz li mort sas-sit tat-Teatru Rjal biex insegwi 'Etnikafe'' li din is-sena inzamm bhala parti mit-Arts' Festival. Serata divertenti li ghalqet bid-daqqa tal-banda - fis-sens tajjeb, imma l-aktar li jibqghu joghgbuni kienu s-serati li Etnika kienu jtellghu fil-bidu taghhhom.